Press Release 18.06.2015

 

Malti / English

Stqarrija Stampa 18 ta’ Ġunju, 2015

Il-Front Ħarsien ODZ jitlob trasparenza fuq l-iżvilupp ta’ Sadeen

Front Ħarsien ODZ jesprimi it-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ trasparenza li kkarratterizza l-identifikazzjoni tas-sit fejn qed jiġi propost li tinbena universita’ privata minn Sadeen Construction Group.

Front Ħarsien ODZ itenni t-talba tiegħu biex il-ftiehem bejn il-gvern u Sadeen Construction group jiġi pubblikat immedjatament. Front Ħarsien ODZ jinnota li waqt il-laqgħa tal-kumitat parlamentari dwar l-ambjent u l-iżvilupp, il-Kap ezekuttiv tal-MEPA Johann Buttigieg żvela li saru laqgħat bejn l-uffiċju tiegħu u l-uffiċju tal-Prim Ministru li fihom ġie diskuss il-ftiehem bejn il-gvern u Sadeen. Dan b’mod ċar juri li dan il-ftehim għandu implikazzjonijiet fuq il-proċess tal-ipjannar. Għalhekk għandu jiġi pubblikat illum qabel għada.

Il-Front Ħarsien ODZ jesprimi wkoll t-tħassib tiegħu dwar il-mod ta’ kif l-uffiċju ta’ Johann Buttigieg ħejja l-ewwel rapport dwar l-identifikazzjoni tas-sit fl-assenza ta’ konsultazzjoni mad-direttorat tal-ambjent tal-MEPA u esperti f’oqsma diversi. Huwa xokkanti li ħadd ma iffirma r-rapport. Huwa wkoll diskuttibli li l-Kap Ezekuttiv ta’ awtorita pubblika li suppost qegħda hemm biex tgħasses fuq il-gvern aċċetta li jirċievi ordinijiet minn Kastilja biex ix-xogħol fuq ir-rapport jinżamm kunfidenzjali.

Front Ħarsien ODZ jaqbel totalment mad-dikjarazzjoni tac-chairperson tal-kumitat parlamentari Marlene Farrugia li talbet lill-Kap Ezekuttiv tal-MEPA biex “jifhem li d-dmir tiegħu bhala CEO tal-MEPA mħallas mit-taxxi tal-poplu hu li jwieġeb lill-pubbliku Malti…Kun zgur li meta il-gvern jiġi fuqek u jitolbok xi ħaġa simili tgħidlu biex ma jmisx ż-żona barra l-iżvilupp u jikkunsidra alternattivi ohra.”

Front Ħarsien ODZ jinsisti li issa li għaddej eżerċizzju ieħor ta’identifikazzjoni ta’ siti oħrajn, ikunu involuti d-direttorati kollha tal-MEPA inklużi dak tal-Ambjent u dak tal-Ippjannar u li l-ismijiet tal-esperti kollha involuti jkunu pubblikati. Il-Front Ħarsien ODZ jinsisti li dan l-eżerċizzju jkun limitat biss għaż-żona fejn jista jsir żvilupp u m’għandu jiġi kunsidrat l-ebda sit barra ż-żona ta’ żvilupp. L-ewwel preferenza għanda tigi mgħotija lil bini ezistenti.

Il- Front Ħarsien ODZ qed jagħmila ċara minn issa li qatt m’hu se jaċċetta li jsir xi forma ta’ żvilupp la fiż-Żonqor u lanqas fuq art ODZ oħra biex fuq tinbena l-universita proposta minn Sadeen Construction Group. Il- Front Ħarsien ODZ qed jappoġja b’mod shih lill għaqdiet ambjentali kollha li qed joġġezzjonaw ghal emenda fil-Pjan Strategiku Għal Ambjent u l-Iżvilupp li intiża biex tippermetti żvilupp ODZ meta ma dan ma jkunx “feasible” (vijabli) li jsir fiż-żona tal-izvilupp.

Front Ħarsien ODZ qed iħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fil-protesta nazzjonali ta’ nhar is-Sibt li se tibda fl-10:00 am ħdejn il-parlament il-gdid.

*

Press Release 18th June, 2015

Front Harsien ODZ calls for transparency on Sadeen development

Front Harsien ODZ expressed its concern at the lack of transparency characterizing the site identification of the proposed American University by Sadeen Construction Group.

Front Harsien ODZ reiterated its call for the publication of the Heads of Agreement between government and Sadeen Construction Group. Front Harsien ODZ noted that during last Monday’s meeting of parliament’s committee on planning and development, MEPA Chief Executive Officer Johann Buttigieg confirmed that the agreement was discussed in meetings between his office and the Office of the Prime Minister. This clearly means that the planning process is being influenced by this agreement which should be published immediately.

The Front Harsien ODZ also expressed its concern at the way the first site selection report was prepared by the office of MEPA’s Chief Executive Office in the absence of any consultation with MEPA’s own Environment Protection Directorate and other experts in various fields. It is also shocking that the authors of the report are not identified and the terms of reference have not yet been published. It is also very questionable for a Chief Executive Officer of a public authority to receive instructions from the Office of the Prime Minister to keep the planning process confidential. Front Harsien ODZ agrees with the statement made by committee chairperson Marlene Farrugia when she told the CEO to “understand that your duty as MEPA CEO, paid from taxpayer money, is towards the Maltese public. Make sure to tell the government when comes up with another request, that ODZ is out of bounds and there are other alternatives.”

With regards to the second site selection exercise Front Harsien ODZ is insisting that both the Environment Protection Directorate and the Planning Directorate and that the names of all experts consulted in the report are published. It is also insisting that the site selection is restricted to areas in the development zone with priority being given to already existing buildings.

The Front Harsien ODZ made it clear that it will not be accepting any take up of land in Zonqor and on any other ODZ land for the development of Sadeen Construction Group’s university campus. The Front Harsien ODZ is also supporting environmental NGOs in their stance against amendments to the Strategic Plan for the Environment and Planning which allow for ODZ development when development within development zones is deemed not to be feasible.

The Front Harsien ODZ encouraged everyone to participate in next Saturday’s national protest in Valletta which will start in Valletta at 10 am.

Advertisements

Leave a Reply

Please log in using one of these methods to post your comment:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s