Press Release 29.06.2015

 

Malti / English

Stqarrija Stampa 29 ta’ Ġunju, 2015

Front Ħarsien ODZ jappoġja lill-Mostin kontra s-shooting range

Front Ħarsien ODZ itenni l-oppozizzjoni tiegħu kontra l-iżvilupp ta’
shooting range fiż-żona kbira daqs 14-il grawnd tal-futboll f’ ta’
Busbesija fil-Mosta.

Front Ħarsien ODZ jappoġja lir-residenti tal-Mosta li waqfu
l-organizazzjoni Mostin u Ħbieb Kontra s-Shooting Range.

Front Ħarsien ODZ jesprimi t-tħassib tiegħu li dan l-iżvilupp qed jiġi
propost 300 metru l-bogħod mil-iskola sekondarja tal-Mosta f’ post
viċin residenti, dar tal-irtiri u toroq publici. Iż-żona mhux biss hi
waħda ODZ imma wkoll hi identifikata bħala żona mħarsa minħabba il-
valur għoli tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ veduti.

Front Ħarsien ODZ iddeskriva –deċiżjoni tal-gvern li jalloka 5000
metru kwadru ta’ art pubblika lil grupp ta’ imprendituri Russi bħala
ezempju iehor kif il-ġid kommuni li hu tagħna lkoll qed jiġi
sagrifikat biex jiġi aġevolat l-interess tal-ftit li jridu jagħmlu
profitt.

Il-Front Ħarsien ODZ esprima tħassib li l-proposta tinkludi 70,000
metru kwadru li hu erbatax il-darba ikbar miż-żona li beħsiebu jalloka
l-gvern lil dawn l-interessi privati.

“Il-gvern għandu jirtira id-deċiżjoni li jalloka l-art pubblika lil U
Group għax din qed tipreġudika deċiżjoni fuq żona ikbar li trid
titieħed mil-MEPA fil-futur.”

Il-Front Ħarsien ODZ esprima d-diżappunt tiegħu li ma kienet saret
l-ebda konsultazzjoni pubblika dwar l-aħjar użu ta’ dan is-sit.

“Huwa ċar li s-sit jista jkollu użu kulturali, artistiku jew
soċjali li huwa iktar important għal kommunita’ lokali minn shooting
range.”

Il-Front Ħarsien ODZ iddiskriva l-kobor tal-iżvilupp bħal wieħed
kbir wisq għal pajjiż żgħir bħal Malta.

Front Ħarsien ODZ sejjaħ lil-Kunsill tal-Mosta biex jiddikjara
l-pożizzjoni tiegħu dwar dan l-iżvilupp.

“Il-kunsilli lokali huma fi dmir jieħu pożizzjoni żara fuq issues li
jolqtu direttament l-ambjent u l-kommunita lokali.”

*

Press Release 29th June, 2015

Front Ħarsien ODZ supports Mosta residents against shooting range

Front Ħarsien ODZ reiterates its opposition against the development of
a shooting range at il-Busbesija in Mosta which will occupy land the
size of 14 football pitches and fully supports Mosta residents who
have set up a new organization called – Mostin u Ħbieb Kontra
s-Shooting Range.

Front Ħarsien ODZ expressed its concern that the enormous shooting
range covering an area of 14 football pitches is being proposed 300
meters away from the Mosta boys secondary school close to residents, a
retreat house and public roads.

The area which is outside development zone (ODZ) is an area of high
landscape value as designated in the Central Local Plan.

Front Ħarsien ODZ described the government’s decision to allocate this
land to a group of Russian entrepreneurs as an example of how the
common good is being sacrificed for private profit making interests.

Front Ħarsien ODZ also noted that the area of the huts which the
government intends to allocate to U Group following an expression of
interest only covers around 5000m2 while that of the whole complex of
shooting ranges including the huts covers an area of over 70,000m2,
that is 14 times more than the area covered by the huts.

“The government should immediately reverse its decision to allocate
this area to U Group as this is clearly prejudicing MEPA’s future
decisions.”

Moreover Front Ħarsien ODZ called on government to consult the public
on the use of the public land which it wants to allocate to private
interests.

“It is clear that local communities have more important educational
and cultural needs than a shooting range.”

The Front described the scale of any such development as unsustainable
in a small country like Malta.

Front Harsien ODZ also called on the Mosta local council to declare
its position on the proposed development.

“Local councils have a duty to declare their position on issues which
have a direct impact on our environment and local communities.”

Advertisements

Leave a Reply

Please log in using one of these methods to post your comment:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s